Il-Petrol Station Barra Wied Il-Ghajn

Dan l-aħħar smajna ħafna kummenti rigward ir-riġenerazzjoni ta’ Marsaskala b’argumenti preżentati minn dawk li huma favur u oħrajn li huma kontra xxogħlijiet li qed isiru u li hemm propost li jsiru f’din il-lokalità. Iżda bejn kliem u fatti bla dubju hemm baħar jikkumbatti u dan ħareġ bl-aktar mod ċar meta dan l-aħħar faqqet il-proposta bombastika ta’ Petrol Station f’nofs il-Mediterran li issa tant qed nispiċċaw nisimgħu u nitkellmu dwarha. Filwaqt li uħud ġenwinament staqsew u qajmu argumenti dwar din il-proposta min-naħa l-oħra irrenja skiet perfett mill-istess nies li jopponu u joġġezzjonaw dak kollu li jsir f’din il-lokalità. Filwaqt li hemm uħud li huma ġenwini hemm dawk tas-soltu li jispikkaw u huma wkoll magħrufa li jopponu kollox sempliċiment minħabba l-għamad u l-partiġġjaniżmupolitiku tagħhom xejn inqas u xejn iktar. Tajjeb li wieħed ifakkar li kien proprju l-istess ġurnal Times of Malta li ħareġ b’dan it-titlu esklussiv ta’ Petrol Station f’nofs il-Mediterran u li din mhix xi invenzjoni jew spin tan-nies għaliex kien proprju l-istess Kap tal-Oppożizzjoni li uża dawn il-preċiżi kelmiet!

Allura bir-raġun li wieħed jistaqsi li filwaqt li l-Fast Ferry kien t’inkwiet kbir għal dawn l-individwi kif jista’ jkun li fuq proġett propost ta’ din il-portata lanqas biss ilissnu imqar kelma waħda dwar dan l-istess proġett?

Għaldaqstant ir-risposta tiġi weħidha grazzi għall-għamad u l-partiġġjaniżmu politiku tagħhom li issa aktar u aktar qed ikompli jtellef millkredibbiltà tagħhom stess. Bir-riżultat li filwaqt li jopponu Ferry li ser itejjeb il-konnettività u jnaqqas mill-użu tal-karozzi fl-istess ħin jiddefendu u jridu din il-Petrol Station F’nofs il-Mediterran kif proposta ġewwa Hurds Bankgħaliex sempliċiment proponiha l-partit favorit tagħhom. Mingħajr lanqas biss lesti mqar għal sekonda jqisu l-impatti kollha negattivi fuq l-ambjent ta’ madwarna li se jġib miegħu proġett ta’ din il-portata. Aktar u aktar ir-riskji li dan il-proġett iġib miegħu fl-eventwalità ta’ xi kunflitt armat li jista’ jinqala’ minn pajjiż partikolari fejn dan jista’ jagħżel li jattakka din il-pompa tal-petrol f’nofs il-Mediterran u d-diżastru ambjentali li dan kollu jista’ jġib miegħu!

Fuq dan il-punt tal-aħħar wieħed irid jinnota l-istqarrija tal-Marsaskala Residents Network(MRN) fejn esprimew it-tħassib ġenwin tagħhom dwar din il-Pompa tal-Petrol f’nofs il-Mediterran, proprju għaliex dan ser jimpatta negattivament fuq l-ambjent b’mod partikolari l-ekoloġija Marittima. Bir-riżultat li kif kwotat fl-istess stqarrija li kawża ta’ din l-attività li qed jipproponu ġewwa Hurds Bank, il-kurrenti ser jiffaċilitaw it-trasport ta’ sustanzi mniġġsadirettament lejn il-kosta tax-Xlokk. Xi jfisser dan? li kawża tar-reklamazzjoni tal-Art u s-sedimentazzjoni ser iwasslu sabiex jheddu l-bijodiversi u ċ-ċarezza tal-ilmijiet f’San Tumas u l-Munxar partikularment jiġifieri li inti li qed taqra dan l-artiklu ser tintlaqat direttament b’mod negattiv minn dan!

Punt ieħor importanti li tqajjem dwar dan il-proġett mill-istess MRN huwa relatat mal-impatt negattiv kawżat minn tniġġis ta’ strobju u dawl. Il-Ħidma industrijali ta’ dan il-proġett offshore ser twassal għal 24/7 ta’ tniġġis li ġej mid-dawl qawwi u kif ukoll storbju li ser ikomplu jiddeterjoraw il-ħajja tal-komunitajiet li jgħixu fix-Xlokk ta’ din il-Gzira jiġifieri tagħkom il-familji u r-residenti.

Qamar il-għaġeb meta konfrontati b’dan kollu wieħed jinnota s-skiet li jtarrax mill-forzi tas-soltu li jopponu kollox sempliċiment għall-partiġġjaniżmu politiku tagħhom xejn inqas u xejn iktar! L-unika ħaġa li kienu kapaċi joħorġu biha kienet sempliċment frażi waħda biss fejn qalulna biex inserrħu rasna. Faċilment tista’ sserraħ rasek meta tiftakar fil-Miżbla li b’impikaman-nies ta’ Marsaskala u l-familji tan-naħa t’isfel ta’ din il-Gżira ħallewlhom bieb u għatba ta’ l-istess lokalità. Minflok għalqu dan l-Impjant ħadmu kemm felħu biex ikomplu jkabbruhu jespanduh u li kien grazzi għalihom li l-Impjant kompla jilqa’ fih ammont kbir ta’ tunnellati ta’ skart b’detriment għas-saħħa tiegħek u t’uliedek!

Comments

  • No comments yet.
  • Add a comment
    marsaskala.com
    Privacy Overview

    This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.